1. Kif nordna minn għand kolibribeads?
 
L-ordijiet jitwettqu direttament mill-website ta' ETSY
Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet mogħtija hemm.
 
2. X'metodi ta' ħlas taċċettaw?
 
Aħna naċċettaw ħlas permezz ta' Paypal (kreditu Paypal jew karti tal-kreditu Visa, Visa Electron, Mastercard...) u metodi oħra ta' ħlas ipprovduti minn Etsy.
 
3. Jien m'għandik karti tal-kreditu u nixtieq inħallas b'cash/ċekk. Kif nagħmel?
 
Jiddispjaċina, iżda ma naċċettawx cash u ċekkijiet
 
4. Waqt iċ-Checkout għażiltli nħallas bil-Paypal. Kif nista' nħallas issa?
 
Segwi l-istruzzjonijiet ta' Paypal. Aħna m'għandniex x'naqsmu ma' dan is-servizz. Malli nirċievu l-ħlas nibagħtulek l-ordni.
 
5. Nixtieq nikkanċella l-ordni. Kif nagħmel?
 
Jekk inkunu għadna ma bgħattniex l-ordni tista' tiktbilna imejl, iċċemplilna jew tiktbilna messaġġ fuq Etsy u aħna nikkanċellaw l-ordni li tkun għamilt. Ovvjament jekk tkun wettaqt xi ħlas, aħna nirritornawlek il-flus kollha lura.
 
6. Ir-reġistrazzjoni tinvolvi xi ħlasijiet?
 
Le, ir-reġistrazzjoni ful il-websajt tagħna hija biss għall-għan tal-konsenja u hija b'xejn. Aħna ma nibagħtux imejls bi spem u l-informazzjoni li ttina tibqa' dejjem għandna u ma tmur għand ħadd ieħor!
 
Jekk għandek xi mistoqsija dwar is-servizzi jew il-prodotti tagħna, iktbilna fuq This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.
 
7. Kif nordna mill-paġna ta' ETSY
 
Żid il-prodotti fil-basket tax-xiri. Waqt il-ħruġ ETSY ttik l-opportunità li ddaħħal l-indirizz u li tagħżel il-metodu tal-ħlas. Wara li tħallas, aħna nippreparaw l-ordni tiegħek u nibagħtuha fi żmien jumejn.
Pinit Fg En Rect Red 20