Spejjeż tat-twassil (u ppakkjar):

 
Dawn l-ispejjeż jiġu kkalkolati awtomatikament wara li tkun daħħalt l-indirizz tal-konsenja waqt il-ħruġ (checkout).
 
Spedizzjoni għall-Ewropa (inkluż Malta u Għawdex)

L-ewwel oġġett: €2.99
Kull oġġett ieħor: + €0.30
Oġġetti tqal (bħal wajer, ktajjen, eċċ): €4.25 + €0.60 għal kull oġġett tqil ieħor
Posta rreġistrata: + €6.10
Posta Express: + €10
 
Dawn l-ispejjeż ikopru l-posta, pakketti u boroż, envelops, stikers u parti żgħira mil-commixins fuq il-bejgħ tal-oġġett li aħna jkollna nħallsu lil-PayPal u Etsy. Għalkemm jistgħu jidhru għoljin, huma biss parti żgħira mill-ispejjeż involuti.
 
ĦLAS
 
Naċċettaw il-metodi ta' ħlas kollha offruti minn Paypal u Etsy. Ma naċċettawx ċekkijiet u flus bil-posta!
 
 
 
Ħlas b'karta tal-kreditu jew Paypal
 
Jekk tixtieq tħallas b'karta ta' kreditu (visa, visa electron, EC, mastercard, eċċ) tista' tagħmel dan billi tagħżel Paypal waqt il-ħruġ. Il-ħlas permezz ta' Paypal għandu jsir bil-quddiem. Jekk jogħġbok innota li ma naċċettawx ħlas b'Cashlink jew Quickcash. L-ordni tiegħek tintbagħat/titwassal hekk kif nirċievu l-ħlas.
 
 
 
Politika ta' kanċellament u ritorn
 
Kemmildarba tirċievi xi prodott u ma tkunx kuntent/a bieh jew ikun difettuż, għidlina minnufih sabiex nilħqu ftehim.
 
 
Ritorni

Kull klijent għandu d-dritt li jirritorna l-prodotti ordnati mingħajr ma jagħti raġuni fi żmien ġimgħa, dejjem jekk il-prodotti ma jkunux ġew ordnati jew magħmula speċifikament għalih. Il-prodotti għandhom jiġu rritornati fl-ippakkjar oriġinali tagħhom u f'kundizzjoni ta' bejgħ (sakemm ma jkunux difettużi). Dejjem ikkuntattjana qabel tirritorna xi prodotti u ppakkjahom sew qabel tibgħathom! Il-flus inrodduhom lura bl-istess metodu li tkun għażilt biex tħallasna.
 
 
Ir-ritorni għandhom jintbagħtu lura fuq dan l-indirizz:
 
 
Karl Callus
KOLIBRI
78 Fountain Hill,
Drogheda Co. Louth
Ireland
 
 
Tinsiex tinfurmana qabel!

This email address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it.
 
 
 
Pinit Fg En Rect Red 20