KOLIBRI

 
Termini u kondizzjonijiet

Introduzzjoni
 Karl Callus (f'dan li ġej: Kolibri, Kolibribeads, kolibribeads.com, Kolibri Bead Supplies) jopera l-websajt www.kolibribeads.com fuq l-internet bi skopijiet kummerċjali u jagħti l-opportunità lill-klijenti biex jixtru żibeġ, aċċessorji u għodda tal-ġojjellerija artiġjanali.
 

Privatezza
Aħna nirrispettaw kompletamet il-privatezza tiegħek. Għalhekk, kull informazzjoni li nsaqsuk tintuża biss għall-ipproċessar tal-ordni tiegħek u għal xejn aktar. Kolibri ma tgħaddix informazzjoni dwarek lil partijiet terzi u lanqas tibgħat Spam u imejls bla bżonn. Jekk qatt tirċievi imejl b'xi promozzjoni, dejjem ikollok l-għażla li tiddereġistra.
 
 
Ritorni
Jekk xtrajt prodott u ma għoġbokx jew jekk ikun difettuż, għandek id-dritt li tirritornah fl-istat li tkun irċevejtu u fl-ippakkjar oriġinali tiegħu mhux aktar tard minn 14-il jum minn meta tkun irċevejtu. Malli nirċievu l-prodott aħna nroddulek lura l-flus li tkun ħallast għalih kif ukoll l-ispejjeż sħaħ jew parzjali tal-konsenja oriġinali bl-istess mod li tkun ħallastna. L-ispejjeż tal-konsenja tar-ritorn jaqgħu dejjem taħt ir-responsabbiltà tiegħek. Kull oġġett irritornat għandu jiġi ppakkjat sew. Prodotti danneġġati fit-trasport mhumiex intitolati għal rifużjoni tal-ħlas. Qabel tirritorna prodott għandek DEJJEM tikkuntattjana minn qabel billi ċċempel fuq +353 851416224 jew billi tibgħat imejl.
 

Konsenja
   Ara: "KONSENJA U ĦLAS".
 

Prezzijiet u pagament
Il-prezzijiet huma dejjem dawk murija fil-websajt ta' Etsy f'dik il-ġurnata li tkun għamilt l-ordni. Il-prezzijiet jistgħu jinbidlu minn ġurnata għall-oħra.
L-ispejjeż tal-konsenja jinħadmu awtomatikament wara li ddaħħal l-indirizz u l-metodi ta' ħlas u konsenja, waqt il-ħruġ (Checkout.

 Għal aktar informazzjoni ara: "KONSENJA U ĦLAS" fuq il-lemin.
 
 
 NOTA: F'każ ta' tilwim legali tgħodd il-verżjoni Ingliża ta' dawn it-Termini u Kondizzjonijiet.
Pinit Fg En Rect Red 20